Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0102

    Kawża C-102/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Focșani (Ir-Rumanija) fil- 24 ta’ Frar 2010 — Bejan Frăsina vs Mușat Tudorel Adrian

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Focșani (Ir-Rumanija) fil-24 ta’ Frar 2010 — Bejan Frăsina vs Mușat Tudorel Adrian

    (Kawża C-102/10)

    2010/C 113/47

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Judecătoria Focșani

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bejan Frăsina

    Konvenut: Mușat Tudorel Adrian

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40 (1) tal-Liġi Nru 136/1995 u tal-Artikoli 1 sa 6, b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 6 tad-Digriet Nru 3111/2004 tal-Comisiei de Supraveghere a Asigurărilor (Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Assigurazzjonijiet) (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3) tal-Liġi Nru 136/1995, jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 169 TFUE (qabel l-Artikolu 153 KE)?

    (2)

    Fil-każ li l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li l-parti leża mhijiex intitolata għal kumpens skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

     

    l-inċident ġie kkawżat intenzjonalment, l-inċident seħħ fl-istess waqt ta’ fatti li d-dispożizzjonijiet legali rigward it-traffiku fit-toroq pubbliċi jissanzjonaw bħala ksur penali intenzjonali, l-inċident seħħ meta min kien responsabbli għall-ksur penali intenzjonali pprova jaħrab mill-forzi tal-ordni, il-persuna responsabbli għad-danni kienet qed issuq il-vettura mingħajr il-kunsens tal-parti assigurata,

     

    dawn id-dispożizzjonijiet huma restrittivi żżejjed sabiex jintlaħaq l-għan imfittex (ta’ ħarsien soċjali, jiġifieri li parti leża tkun tista’ tikseb kumpens għad-distruzzjoni tal-proprjetà tagħha) u jeċċedu dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan?

    (3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, ir-restrizzjoni imposta tqiegħed lill-parti leża f’sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istati Membri oħra tal-UE li huma esklużi mill-kumpens biss fil-każijiet ipprovvduti fl-inċiżi 1 sa 3 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (3), tat-30 ta’ Diċembru 1983, it-Tieni Direttiva, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur?

    (4)

    L-esklużjonijiet mir-riskju assigurat imposti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’każijiet bħal dawn jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu provduti servizzi li huma stabbiliti fl-Artikolu 49 FUE (qabel l-Artikolu 43 KE) u fl-Artikolu 56 FUE 56 (qabel l-Artikolu 49 KE) flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/49/KEE, It-Tielet Direttiva, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja[fuq il-ħajja] (4)?

    (5)

    Meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE tipprovdi li l-vittma ta’ inċident tat-traffiku tista’ titlob lill-persuna responsabbli għar-rimbors ta’ spejjeż tat-tiswija jew, fejn xieraq, tas-sostituzzjoni tal-vettura bil-mutur, kif ukoll ir-rimbors ta’ spejjeż oħra eventwali, l-esklużjoni tal-obbligu tal-parti assigurata ta’ kumpens immedjat lill-parti leża wara li jseħħ inċident tat-traffiku (minnifuh wara li jseħħ l-inċident), b’tali mod li mbagħad, skont il-mod kif tiġi sovluta l-kwistjoni, u, rispettivament, skont id-determinazzjoni tal-persuna responsabbli għad-danni, l-assiguratur ikun jista’ jippreżenta rikors sabiex jiffaċilita r-riżoluzzjoni rapida u effikaċi tat-talbiet għal kumpens, u sabiex jiġu evitati, sa fejn possibbli, proċeduri legali għoljin li jistgħu saħansitra jqiegħdu lill-partijiet f’sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom, anki fis-sitwazzjoni fejn jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/8/KE (5) u tar-Rakkomandazzjonijiet R(81)7 u (93)1, tista’ tiġi kkunsidrata abużiva u kuntrarja għall-premessi tad-direttivi kollha dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur?

    (6)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ħames domanda, din ir-risposta tikser il-premessa 21 tad-Direttiva 2005/14/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur?

    (7)

    F’dan il-każ, l-esklużjoni tal-kumpens favur ir-rikorrenti skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, hija tali li tqiegħdha f’sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla ma’ persuni oħra li huma kkumpensati anki meta l-persuna responsabbli għad-danni tibqa’ mhux identifikata jew ma tkunx assigurata, meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ħallset kemm polza ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll polza fakultattiva, b’ammont konsiderevoli, mingħajr ma rċeviet xi tip ta’ protezzjoni għall-proprjetà tagħha?

    (8)

    Il-qorti nazzjonali hija l-unika kompetenti sabiex tistabbilixxi jekk korp, bħall-kumpannija ta’ assigurazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, jissodisfax il-kriterji għall-invokazzjoni kontra tiegħu tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li toħloq effetti diretti, u jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, liema huma l-kriterji applikabbli f’dan is-sens?

    (9)

    In-nuqqas ta’ traspożizzjoni fis-sistema legali ta’ Stat Membru tal-UE tad-Direttiva 2005/14/KE (għalkemm it-terminu għat-traspożizzjoni skada fil-11.06.2007) u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-premessi 20, 21 u 22 huwa tali li jippreġudika lir-rikorrenti minħabba l-ksur ta’ dritt fundamentali tagħha, jiġifieri r-rispett tal-proprjetà tagħha, anki jekk id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103/KE (7) issa ħassret id-Direttivi 1-V dwar l-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili (72/166/KE, 84/5/KE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE), fid-dawl tal-fatt li r-regoli li għamilna riferiment għalihom huma miġbura kollha fit-test tad-direttiva KE l-ġdida li tipproteġi d-drittijiet tal-parti leża wara inċident tat-traffiku aħjar mid-dispożizzjonijiet abrogati?

    (10)

    Il-qorti nazzjonali tista’ tinvoka ex officio l-ksur ta’ dispożizzjoni Komunitarja u tiddikjara l-invalidità tal-klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat fil-każ li l-parti leża, jiġifieri l-konsumatur, ma tkunx ġiet informata bl-esklużjonijiet jew iċ-ċirkustanzi fejn ma tapplikax l-assigurazzjoni (kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/14), u fil-każ li l-kumpannija ta’ assigurazzjoni imponiet esklużjonijiet oħra barra minn dawk ipprovduti fil-Liġi Qafas dwar l-Assigurazzjoni, Nru 136/1995, minkejja li din l-invalidità ma ġietx invokata quddiem il-qorti mill-parti kkonċernata, u minkejja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ttrasponiet id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KE (8) permezz tal-Liġi Nru 193/2000 (9)?


    (1)  Legea nr. 136/1995 privind asigurările și reasigurările în România, M. Of., Partea I, nr. 303 din 30.12.1995

    (2)  Ordinul nr. 3111/2004 al Comisiei de Supraveghere a Asigurărilor, M. Of., Partea I, nr. 1243/2004 din 23.12.2004

    (3)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)

    (4)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja] u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja [mhux fuq il-ħajja]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346)

    (5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/83/KE, tal-24 ta’ Settembru 2003, li tadatta ghall-progress tekniku l-Annessi II, III u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti kosmetiċi Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 455)

    (6)  Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 14)

    (7)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11)

    (8)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)

    (9)  Legea nr. 193/2000 privind clauzele abuzive din contractele încheiate între comercianți și consumatori, M. Of., nr. 560 din 10.11.2000, completată prin Legea nr. 363/2007 privind combaterea practicilor incorecte ale comercianților în relația cu consumatorii și armonizarea reglementărilor cu legislația europeană privind protecția consumatorilor — M. Of., Partea I, nr. 899 din 28.12.2007).


    Top