Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0079

    Kawża C-79/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl- 11 ta’ Frar 2010 — Systeme Helmholz GmbH vs Hauptzollamt Nürnberg

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-11 ta’ Frar 2010 — Systeme Helmholz GmbH vs Hauptzollamt Nürnberg

    (Kawża C-79/10)

    2010/C 113/35

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Systeme Helmholz GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Nürnberg

    Domandi preliminari

    (1)

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-esklużjoni ta’ safar b’mod privat mill-benefiċċju ta’ eżenzjoni mit-taxxa jfisser li l-eżenzjoni għall-prodotti ta’ enerġija pprovduti biex jintużaw bħala karburant għan-navigazzjoni bl-ajru tista’ tingħata biss lil kumpanniji tal-ajru jew fis-sens li din l-eżenzjoni testendi għall-karburant kollu użat fin-navagazzjoni bl-ajru sakemm l-ajruplan jintuża għal skopijiet kummerċjali?

    (2)

    L-Artikolu 15(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-karburant li ajruplan jeħtieġ sabiex jagħmel titjira lejn u lura minn post għal manutenzjoni tal-ajruplani jew fis-sens li l-possibbiltà ta’ eżenzjoni tapplika biss għall-kumpanniji li l-għan tagħhom huwa l-manifattura, l-iżvilupp, l-ittestjar u ż-żamma ta’ inġenji tal-ajru?

    (3)

    L-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ użu ta’ ajruplan kemm għal titjiriet privati kif ukoll kummerċjali sabiex jitwettqu titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ, hemm lok, taħt l-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, li tingħata eżenzjoni fi proporzjon mal-użu kummerċjali fuq il-karburant użat għal dan l-ajruplan?

    (4)

    Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tielet domanda: għandu jiġi dedott min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, fil-kuntest tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, li fil-każ ta’ użu mħallat ta’ ajruplan għal skopijiet privati u kummerċjali ma hemmx lok li tingħata eżenzjoni għat-titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ?

    (5)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda jew jekk tirriżulta konsegwenza legali simili minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku: liema kriterji u liema perijodi ta’ referenza għandhom ikunu l-bażi sabiex sabiex tiġi ddeterminata l-proporzjon rispettiva ta’ użu, fis-sens tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, fir-rigward ta’ titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405


    Top