Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0051

    Kawża C-51/10 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad- 19 ta’ Novembru 2009 , fil-Kawża T-298/06 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/17


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/06 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-51/10 P)

    2010/C 113/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. Z o.o. (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)

    Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/2006

    tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi applikat kriterji legali żbaljati meta kkonstatat li t-trade mark tal-appellanti ma setgħetx tiġi rreġistrata.

    L-appellanti ssostni ulterjorment li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-Trade mark Komunitarja, jew dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet f’daqqa, billi ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-prassi tal-UASI fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade marks komposti minn ċifri jew minn indikazzjoni tal-kontenut tal-pubblikazzjonijiet.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)


    Top