EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0370

Kawża C-370/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva EDUCA Memory game — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY — Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Raġunijiet relattivi għal rifjut)

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 — Ravensburger AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras SA

(Kawża C-370/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva EDUCA Memory game - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali MEMORY - Rifjut tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Raġunijiet relattivi għal rifjut)

2011/C 186/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm u M. Goldmann, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T-243/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarja tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassi 28, kontra d-Deċiżjoni R 597/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-appellanti kontra t-trade mark figurattiva “EDUCA Memory game”, għal prodotti fil-klassi 28.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


Top