Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0567

Kawża C-567/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale (Direttiva 2001/42/KE — Stima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Kunċett ta’ pjanijiet u programmi li huma “meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi” — Applikabbiltà ta’ din id-Direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art)

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-567/10) (1)

(Direttiva 2001/42/KE - Stima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Kunċett ta’ pjanijiet u programmi li huma “meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi” - Applikabbiltà ta’ din id-Direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art)

2012/C 133/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d'Action Urbaines ASBL

Konvenut: Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) — Applikabbiltà tad-direttiva għal proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan tal-użu tal-art — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi meħtieġa” — Esklużjoni tal-pjanijiet li l-adozzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ pjanijiet u programmi “li huma meħtieġa permezz ta’ disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi”, li jinsab fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jikkonċerna wkoll il-pjanijiet partikolari dwar l-ippjanar tal-użu tal-art, bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

(2)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan għall-użu tal-art, bħal dik previst fl-Artikoli 58 sa 63 tal-code bruxellois de l’aménagement du territoire, kif emendat bid-digriet tal-14 ta’ Mejju 2009, bħala prinċipju taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, b’tali mod li din hija suġġetta għar-regoli dwar l-istima tal-effetti fuq l-ambjent previsti mill-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 63, 26.02.2011


Top