EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0203

Kawża C-203/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna vs “Auto Nikolovi” OOD (Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud — Partijiet użati għal vetturi bil-mutur — Importazzjoni fl-Unjoni Ewropea minn negozjant taxxabbli — Sistema ta’ marġini ta’ profitt jew sistema normali tal-VAT — Oriġini tad-dritt għal tnaqqis — Effett dirett)

ĠU C 130, 30.4.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”— Varna vs “Auto Nikolovi” OOD

(Kawża C-203/10) (1)

(Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Partijiet użati għal vetturi bil-mutur - Importazzjoni fl-Unjoni Ewropea minn negozjant taxxabbli - Sistema ta’ marġini ta’ profitt jew sistema normali tal-VAT - Oriġini tad-dritt għal tnaqqis - Effett dirett)

2011/C 130/13

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”- Varna

Konvenuta:“Auto Nikolovi” OOD

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 311(1), tal-Artikolu 314, tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 320(1) u tal-Artikolu 320(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Sistema ta’ intaxxar tal-marġni ta’ profitt miksub minn negozjant taxxabbli meta jimporta oġġetti użati fil-Komunità — Kunċett ta’ “oġġetti użati” u rilevanza, għal dan il-kunċett, tal-possibbiltà li l-oġġetti inkwistjoni jiġu identifikati b’mod konkret — Mument li fih joriġina d-dritt ta’ tnaqqis tal-kreditu fiskali fuq il-VAT favur in-negozjant taxxabbli — Effett dirett tal-Artikolu 314 tad-Direttiva.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 314 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema tal-marġni ta’ profitt ma hijiex applikabbli għal kunsinni ta’ oġġetti bħal ma huma partijiet użati għal vetturi bil-mutur, li n-negozjant taxxabbli nnifsu importa fl-Unjoni Ewropea taħt is-sistema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 320(1) u l-Artikolu 320(2) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi għad-differiment, sal-kunsinna sussegwenti suġġetta għas-sistema normali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tad-dritt li n-negozjant taxxabbli għandu li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa, skont l-imsemmija sistema, fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti oħrajn li ma humiex xogħlijiet tal-arti jew oġġetti tal-kollezzjoni jew tal-antikwarjat.

(3)

L-Artikolu 314, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 320(1) u l-Artikolu 320(2) tad-Direttiva 2006/112 għandhom effett dirett li jawtorizza li individwu jinvokahom quddiem qorti nazzjonali sabiex titwarrab l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija inkompatibbli ma dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 195. 17.07.2010


Top