Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0135

Kawża C-135/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte di Appello di Torino — l-Italja) — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso (Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT — Direttiva 92/100/KE — Artikolu 8(2) — Direttiva 2001/29/KE — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist)

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte di Appello di Torino — l-Italja) — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso

(Kawża C-135/10) (1)

(Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT - Direttiva 92/100/KE - Artikolu 8(2) - Direttiva 2001/29/KE - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist)

2012/C 133/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCF Consorzio Fonografici

Konvenut: Marco Del Corso

fil-preżenza ta’: Procuratore generale della Repubblica

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte di Appello di Torino — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ nies li jagħtu servizz, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir, iffirmata f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961, tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs) u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi tar-radju fi klinika ta’ dentist

Dispożittiv

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, tal-20 ta’ Diċembru 1996, huma applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

Peress li l-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ nies li jagħtu servizz, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir, iffirmata f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961 ma hijiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, hija ma hijiex applikabbli fl-Unjoni; iżda madankollu hija tipproduċi fiha effetti diretti.

L-individwi ma jistgħux jibbażaw rwieħhom direttament la fuq l-imsemmija konvenzjoni, la fuq l-imsemmi ftehim u lanqas fuq it-trattat imsemmi iktar ’il fuq.

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsab fid-Direttivi tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fl-imsemmija konvenzjoni, fl-imsemmi ftehim kif ukoll fit-trattat imsemmi iktar ’il fuq, u b’tali mod li hija tibqa’ kompatibbli ma’ dawn tal-aħħar, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.

(2)

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, għall-benefiċċju tal-klijentela li tgawdi minnu indipedentement mir-rieda tagħha. Għaldaqstant, tali xandir ma jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur produtturi ta’ fonogrami.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010


Top