This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0049
Case C-49/10: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 7 October 2010 — European Commission v Republic of Slovenia (Failure of a Member State to fulfil obligations — Environment — Directive 2008/1/EC — Integrated pollution prevention and control — Requirements for the granting of permits for existing installations — Failure to transpose within the prescribed period)
Kawża C-49/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst )
Kawża C-49/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst )
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-49/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 328/13
Lingwa tal-kawża: l-Isloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jkun żgurat li tali installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha fil-qasam ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, ir-Repubblika tas-Slovenja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
(2) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż. |