Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0502

    Kawża T-502/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Diċembru 2009 — Inovis vs UASI — Sonaecom (INOVIS)

    ĠU C 51, 27.2.2010, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/35


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Inovis vs UASI — Sonaecom (INOVIS)

    (Kawża T-502/09)

    2010/C 51/68

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Inovis, Inc. (Alpharetta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u B. Ladas, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sonaecom — Serviços de Communicações, S.A. (Maia, il-Portugall)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1691/2008-1;

    tordna lill-Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “INOVIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni għat-trade mark verbali Portugiża “NOVIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 38, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta: (i) injora d-differenzi ċari bejn il-prodotti u s-servizzi koperti rispettivament mit-trade marks ikkonċernati u, b’mod partikolari, meta kkunsidra b’mod żbaljat li t-trade mark ta’ qabel kienet tkopri l-klassijiet 9 u 42, filwaqt li r-reġistrazzjoni għal dawn il-klassijiet kienet ġiet irrifjutata mill-Uffiċċju tat-trade marks Portugiż, u li, fi kwalunkwe każ, din ir-reġistrazzjoni ma ġietx ipprovata matul il-proċedimenti; (ii) injora d-differenzi kunċettawli bejn it-trade marks ikkonċernati; u (iii) iddeċieda li kien hemm possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


    Top