This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0463
Case T-463/09: Action brought on 20 November 2009 — Herm. Sprenger v OHIM — Kieffer Sattlerwarenfabrik (form of a stirrup)
Kawża T-463/09: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2009 — Herm. Sprenger vs UASI– Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta’ staffa)
Kawża T-463/09: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Novembru 2009 — Herm. Sprenger vs UASI– Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta’ staffa)
ĠU C 11, 16.1.2010, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/37 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2009 — Herm. Sprenger vs UASI– Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta’ staffa)
(Kawża T-463/09)
2010/C 11/69
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH (München, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Settembru 2009, (Każ R 1614/2008-4); |
— |
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 599 620, imressqa minn Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH, |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 599 620 għal prodotti u servizzi fil-klassi 6
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark ġie inġustament miċħud; |
— |
ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikolu 52(2), flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peresss li ġie deċiż, b’mod żbaljat, li t-trade mark ikkontestata ma kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu; |
— |
ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-fatti rilevanti ma ġewx eżaminati kif xieraq; |
— |
ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża; |
— |
ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kellu jilqa’ t-talba sussidjarja, għal proċedura orali, imressqa mir-rikonrrenti; |
— |
ksur tat-Trattat KE fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).