This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0462
Case T-462/09: Action brought on 17 November 2009 –Storck v OHIM — RAI (Radiotelevisione)
Kawża T-462/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)
Kawża T-462/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)
ĠU C 11, 16.1.2010, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/37 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)
(Kawża T-462/09)
2010/C 11/68
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1779/2008-4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; |
— |
fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni fil-proċeduri, tikkundannaha għall-ispejjeż rispettivi tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Ragolizia” għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 5 201 835)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Radiotelevisione italiana SpA (RAI)
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 771 762“FAVOLIZIA”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li m’hemmx probabbiltà ta’ konfuzjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)