Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0437

    Kawża T-437/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Ottubru 2009 — Oyster Cosmetics SpA vs UASI

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/32


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Oyster Cosmetics SpA vs UASI

    (Kawża T-437/09)

    2010/C 11/60

    Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Oyster Cosmetics SpA (Castiglione delle Stiviere, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kadabell GmbH & Co. KG (Lenzkirch, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzajoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 1367/2008-1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Oyster Cosmetics SpA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “OYSTER COSMETICS”, għal prodotti fil-klassi 3

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kadabell GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark figurattiva “KADUS OYSTRA AUTO STOP PROTECTION” għal prodotti fil-klassi 3

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


    Top