Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0419

    Kawża T-419/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ottubru 2009 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)

    ĠU C 312, 19.12.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/37


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Cybergun vs UASI — Umarex Sportwaffen (AK 47)

    (Kawża T-419/09)

    2009/C 312/60

    Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cybergun (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2009 sa fejn din iddikjarat bħala invalida t-trade mark AK 47 minħabba l-karattru deskrittiv tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 51(1)(a), bażi ġuridika mhux prevista fil-kuntest ta’ appell,

    tikkundanna, skont l-Artikoli 87(2) u 91 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-UASI għall-ispejjeż li jinkludu l-ispejjeż tar-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura preżenti, b’mod partikolari l-ispejjeż tat-traduzzjoni tad-dokumenti, l-onorarji tal-avukat tagħha, u, jekk ikun il-każ, tal-akkomodazzjoni u tat-trasport; il-Qorti tal-Prim’Istanza hija mitluba li tistabbilixxi din is-somma għal EUR 20 000.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “AK 47” għal prodotti fil-klassi 28 — trade mark Komunitarja Nru 4 528 378

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. Kommanditgesellschaft

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja

    Motivi invokati:

    Il-bażi legali, jiġifieri l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009], li fuqa kien ibbażat l-annullament tat-trade mark minħabba l-karattru deskrittiv tagħha, qatt ma ġiet invokata fin-noti skambjati quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell u barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv tat-trade mark kienet żbaljata.


    Top