This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0225
Case T-225/09: Judgment of the General Court of 28 April 2010 — Claro v OHIM — Telefónica (Claro) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for the Community three-dimensional mark Claro — Earlier Community word mark CLARO — Inadmissibility of the appeal brought before the Board of Appeal — Articles 59 and 62 of Regulation (EC) No 40/94 (now Articles 60 and 64 of Regulation (EC) No 207/2009) — Rule 49(1) of Regulation (EC) No 2868/95)
Kawża T-225/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ April 2010 — Claro vs UASI — Telefónica (Claro) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO — Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell — Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)” )

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Claro vs UASI — Telefónica (Claro)
(Kawża T-225/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO - Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)”)
2010/C 148/53
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Claro, SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Telefónica SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica SA u BCP S/A.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Claro SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |