EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0084

Kawża F-84/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ottubru 2009 — Larue u Seigneur vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU C 312, 19.12.2009, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Larue u Seigneur vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża F-84/09)

2009/C 312/73

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Emmanuel Larue u Olivier Seigneur (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tal-karta tas-salarju ta’ Jannar 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-karta tas-salarju ta’ Jannar 2009;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet għal rieżami u l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti, deċiżjonijiet bid-dati rispettivi tal-20 ta’ April 2009 u tas-6 ta’ Awwissu 2009;

skont il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, titlob lill-konvenut jippreżenta l-fajl amministrattiv tiegħu u, tal-anqas, id-dokumenti li ġejjin mid-DG-H u ppreżentati lid-direttorat fir-rigward tal-GSA għall-2009, il-proposta tal-Bord tal-Gvernaturi fir-rigward tal-GSA għall-2009, id-dokumenti li ġejjin mid-DG-H ippreżentati lill-Bord tal-Gvernaturi fir-rigward tal-GSA 2009, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar il-GSA għall-2009;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni għat-telf tar-rikorrenti li jikkonsisti fl-għoti ta’ EUR 5 000 għal kull rikorrent minħabba telf ta’ kapaċità ta’ konsum mill-1 ta’ Jannar 2009, bl-arretrati tal-ħlas li jikkorrispondu għal żieda fis-salarju tar-rikorrenti ta’ 1.5 % sa mill-1 ta’ Jannar 2009 u bl-applikazzjoni tal-interessi fuq l-ammont tal-arretrati tas-salarju tar-rikorrenti mid-data ta’ meta jsiru dovuti sal-ġurnata tal-ħlas. Dawn ir-rati ta’ interessi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rati stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu inkwistjoni, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


Top