Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0046

    Kawża F-46/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta’ Lulju 2011 V vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Kapaċità fiżika — Eżami mediku ta’ reklutaġġ — Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ natura personali — Sigriet mediku — Trasferiment ta’ informazzjoni medika bejn l-istituzzjonijiet — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata)

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/50


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011

    V vs Il-Parlament

    (Kawża F-46/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Kapaċità fiżika - Eżami mediku ta’ reklutaġġ - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni ta’ natura personali - Sigriet mediku - Trasferiment ta’ informazzjoni medika bejn l-istituzzjonijiet - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata)

    2011/C 282/92

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: É. Boigelot u S. Woog, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: M. V. Pérez Asinari u H. Kranenborg, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tal-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tar-revoka tal-offerta ta’ impjieg li kienet saret qabel lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrevoka l-offerta ta’ impjieg li kien għamel lil V hija annullata.

    (2)

    Il-Parlament Ewropew għandu jħallas lil V is-somma ta’ EUR 25 000.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (4)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrent.

    (5)

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 11, 16.01.10.


    Top