Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0038

    Kawża F-38/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 29 ta’ Ġunju 2010 — Martin vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ( “Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Kuntratt għal żmien indeterminat — Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-persunal li japplikaw għall-impjegati tal-Europol — Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/70


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Martin vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

    (Kawża F-38/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-persunal li japplikaw għall-impjegati tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża)

    (2010/C 288/130)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Breige Martin (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn P. De Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li ssirilha offerta ta’ impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil B. Martin hija annullata.

    (2)

    Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 167, 18.07.2009, p. 26.


    Top