Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0409

    Kawża C-409/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis- 27 ta’ Ottubru 2009 — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ Ottubru 2009 — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

    (Kawża C-409/09)

    2010/C 11/28

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal de Justiça

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio

    Konvenuta: Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

    Domandi preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-dritt ċivili Portugiż, b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili, fil-każ ta’ inċident tat-traffiku li jseħħ fiż-żmien, bil-mod u fil-post bħal dak fil-kawża preżenti, jeskludi jew jillimita d-dritt għal kumpens ta’ persuna minuri, hija stess vittma tal-inċident, minħabba r-raġuni sempliċi li hija titqies bħala parzjalment jew esklużivament responsabbli għad-dannu kkawżat?


    (1)  It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill, 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur


    Top