Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0406

    Kawża C-406/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta’ Ottubru 2009 — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG

    ĠU C 312, 19.12.2009, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta’ Ottubru 2009 — Realchemie Nederland BV vs Bayer CropScience AG

    (Kawża C-406/09)

    2009/C 312/41

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiz

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Realchemie Nederland BV.

    Konvenuta: Bayer CropScience AG

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-kunċett ta’ materji “ċivili u kummerċjali” fl-ewwel paragrafu tar-Regolament Brusell I għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolament japplika wkoll għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ multa skont l-Artikolu 890 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Ġermaniż (Zivilprozessordung)?

    (2)

    L-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’:

    (i)

    deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor fuq il-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;

    (ii)

    deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor li timponi pagamenti ta’ penalità jew multa għall-vjolazzjoni tal-projbizzjoni ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali;

    (iii)

    deċiżjonijiet ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-proroga tad-deċiżjonijiet msemmija fl-(i) u (ii)?


    Top