Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0398

    Kawża C-398/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl- 14 ta’ Ottubru 2009 — Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S vs Skatteministeriet

    ĠU C 312, 19.12.2009, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-14 ta’ Ottubru 2009 — Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S vs Skatteministeriet

    (Kawża C-398/09)

    2009/C 312/37

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret (id-Danimarka)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Lady & Kid A/S, Direct Nyt ApS, A/S Harald Nyborg Isenkram- og Sportsforretning, KID-Holding A/S

    Konvenut: Skatteministeriet

    Domandi preliminari

    (1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Jannar 1997, Comateb et (C-192/95 sa C-218/95), għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasferiment ta’ taxxa illegali għal fuq prodott jippresupponi li t-taxxa ġiet ittrasferita għal fuq ix-xerrej tal-prodott fil-kuntest tat-tranżazzjoni kummerċjali inkwistjoni jew it-trasferiment għal fuq il-prezzijiet jista’ wkoll isir fir-rigward tal-prezzijiet ta’ merkanzija oħra waqt tranżazzjonijiet kummerċjali kompletament differenti qabel jew wara l-bejgħ tal-prodott rilevanti, pereżempju fil-kuntest ta’ evalwazzjoni sħiħa ta’ dan it-trasferiment fuq perijodu ta’ erba’ snin għal dak li jikkonċerna numru kbir ta’ gruppi ta’ prodotti li jinkludu kemm prodotti importati kif ukoll prodotti mhux importati?

    (2)

    Il-kunċett Komunitarju ta’ “trasferiment” għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa illegali miġbura waqt il-bejgħ ta’ prodotti tista’ tiġi kkunsidrata bħala ttrasferita biss jekk il-prezz tal-prodott ikun żdied meta mqabbel mal-prezz applikat immedjatament qabel l-introduzzjoni tat-taxxa jew it-taxxa tista’ ukoll tiġi kkunsidrata bħala ttrasferita jekk, fil-mument tal-introduzzjoni tat-taxxa illegali, l-impriża suġġetta għat-taxxa bbenefikat minn tfaddil fuq taxxi oħra miġbura fuq bażi differenti ta’ taxxa u jekk, konsegwentement, l-impriża żammet il-prezzijiet tagħha kif kienu?

    (3)

    Il-kunċett Komunitarju ta’ “arrikkiment indebitu” għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors ta’ taxxa illegali miġbura waqt il-bejgħ ta’ prodotti jista’ jiġi kkunisdrat bħala li jwassal għal arrikkiment indebitu jekk l-impriża tkun ibbenefikat, qabel jew wara l-bejgħ tal-prodott intaxxat, minn tfaddil dovut għat-tneħħija ta’ taxxi oħra miġbura fuq bażi oħra ta’ taxxa, fil-każ fejn din it-tneħħija ta’ taxxi oħra hija ukoll ta’ benefiċċju għal impriżi oħra u b’mod partikolari impriżi li ma jħallsux it-taxxa illegali jew li jħallsuha f’miżura inqas?

    (4)

    Fil-każ fejn taxxa illegali kellha l-konsegwenza, minħabba l-istruttura tagħha, li l-oneru fiskali sostnut mill-impriżi li jimportaw merkanzija kien proporzjonalment ogħla minn dak ta’ impriżi li jixtru fil-biċċa l-kbira prodotti mis-suq nazzjonali u fejn l-introduzzjoni tat-taxxa illegali ssir flimkien mat-tneħħija ta’ taxxa oħra legali miġbura fuq bażi oħra ta’ taxxa li kellha inċidenza proporzjonali fuq iż-żewġ tipi ta’ impriżi fl-istess miżura u indipendentement mill-kompożizzjoni tax-xiri tal-impriżi, qed jiġi mistoqsi dan li ġej:

    (i)

    id-dritt Komunitarju jippermetti li jiġi rrifjutat, kompletament jew parzjalment, ir-rimbors tat-taxxa illegali lil impriża li timporta merkanzija abbażi tat-trasferiment u l-arrikkiment indebitu sa fejn ir-rifjut għandu l-konsegwenza li l-impriża, li tkun ħallset ammont proporzjonalment ogħla għat-taxxa illegali minn impriża simili li xtrat prodotti simili mis-suq nazzjonali, ser tkun, fl-istess kundizzjonijiet, żvantaġġata minħabba dan il-fatt mill-effett tar-riforma fiskali u tar-rifjut tar-rimbors meta mqabbla ma’ impriżi simili li, fil-biċċa l-kbira, xtraw mis-suq nazzjonali?

    (ii)

    ir-rimbors tat-taxxa illegali fis-sitwazzjoni kkunsidrata jista’, mill-aspett kunċettwali, iwassal għal “arrikkiment indebitu” u jista’, konsegwentement, jiġi rrifjutat jekk ir-rimbors — anki jekk it-taxxa hija kkunsidrata bħala li ġiet ittrasferita — huwa neċessarju sabiex b’hekk l-effett tar-riforma fiskali jibqa’ l-istess, f’każ fejn il-bqija tal-kundizzjonijiet l-oħra jibqgħu barra minn hekk l-istess, wara li jkun sar ir-rimbors eventwali għall-impriżi li importaw merkanzija u għall-impriżi li xtraw prodotti nazzjonali?

    (iii)

    ir-rifjut tar-rimbors f’tali sitwazzjoni, li jimplika li l-impriżi li fil-biċċa l-kbira xtraw mis-suq nazzjonali u bbenefikaw minn vantaġġ meta mqabbla mal-impriżi li fil-biċċa l-kbira rrikorrew għall-importazzjoni, imur kontra d-dritt Komunitarju għal raġunijiet oħra u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ trattament ugwali?

    u

    (iv)

    jirriżulta mir-risposta għat-tielet domanda li mhuwiex permess li jiġi rrifjutat ir-rimbors tat-taxxa indebitament miġbura abbażi tal-arrikkiment indebitu, sa fejn tali rimbors ineħħi biss il-vantaġġ li minnu bbenefikaw l-impriżi li xtraw mis-suq nazzjonali meta mqabbla mal-impriżi li fil-biċċa l-kbira rrikorrew għall-importazzjoni?


    Top