This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0392
Case C-392/09: Reference for a preliminary ruling from the Baranya Megyei Bíróság (Hungary) lodged on 5 October 2009 — Uszodaépítő Kft. v APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály
Kawża C-392/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil- 5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály
Kawża C-392/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil- 5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály
ĠU C 11, 16.1.2010, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály
(Kawża C-392/09)
2010/C 11/23
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Baranya Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Uszodaépítő Kft.
Konvenut: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály
Domandi preliminari
(1) |
Hija kompatibbli mal-Artikoli 17 u 20 tas-Sitt Direttiva (1), dispożizzjoni ta’ liġi ta’ Stat Membru, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, wara li nħoloq id-dritt għal tnaqqis, u li, għall-finijiet tat-tnaqqis ta’ VAT imħallsa u ddikjarata fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti jew servizzi magħmula matul is-sena finanzjarja 2007, tirrikjedi bidla fil-kontenut tal-fatturi u l-preżentata ta’ dikjarazzjoni addizzjonali? |
(2) |
Hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, u, b’mod partikolari, hija oġġettivament iġġustifikata, raġonevoli, proporzjonata u konsistenti mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-miżura stipulata fl-Artikolu 269(1) tal-liġi ġdida dwar il-VAT, li skontha, jekk ir-rekwiżiti previsti f’dan l-artikolu jkunu sodisfatti, id-drittijiet u l-obbligi għandhom jiġu evalwati u applikati skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi l-ġdida, anki meta dawn inħolqu qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, fit-terminu ta’ preskrizzjoni? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1.)