This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0018
Case C-18/09: Action brought on 14 January 2009 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-18/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
Kawża C-18/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/27 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-18/09)
(2009/C 69/49)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u L. Lonzano Palacios, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tal-parti rikorrenti
— |
tiddikjara li, billi żamm fis-seħħ il-Liġi 48/2003, tas-26 ta' Novembru, dwar sistema ekonomika u ta' provvista ta' servizzi tal-portijiet ta' importanza ġenerali, u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 27(1), (2) u (4) tagħha, li jistabblixxu sistema ta' tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxi tal-port, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju (1), u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta' Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-liġi Spanjola tistabbilixxi sensiela ta' eżenzjonijiet u tnaqqis relati mat-taxxi tal-port. Dawn l-eżenzjonijiet u tnaqqis jikkonċernaw il-portijiet ta' oriġini u destinazzjoni tal-bastimenti, u konsegwentement l-applikazzjoni ta' tariffi iktar favorevoli, l-ewwel nett, għat-traffiku bejn arċipelagi Spanjoli jew ma' Ceuta u Melilla, it-tieni nett, għat-traffiku bejn dawn il-portijiet u l-portijiet tal-Unjoni Ewropea, u t-tielet nett, bejn il-portijiet tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, din il-leġiżlazzjoni tirriżulta diskriminatorja.
Ir-Renju ta' Spanja, li jinvoka s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tal-portijiet inkwistjoni, ma ġġustifikax il-ħtieġa u lanqas il-proporzjonalità tal-miżura. Minkejja li daħal f'impenn li jemenda l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tikkonstata ebda adozzjoni ta' liġi li ttemm dan il-ksur.
(1) ĠU L 378, p. 1.