Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0015

    Kawża C-15/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/25


    Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka

    (Kawża C-15/09)

    (2009/C 69/47)

    Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, L. Jelínek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dan lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva.

    tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sitema legali nazzjonali skada fil-21 ta' Diċembru 2007


    (1)  ĠU L 373, p. 37.


    Top