Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0012

    Kawża C-12/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbika Italjana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/17/KE — Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbika Italjana

    (Kawża C-12/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/17/KE - Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2010/C 11/11

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubbika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, F. Arena, avvocato dello Stato)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (ĠU L 330M, p. 162)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/17.

    (2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009


    Top