Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62008TN0145
Case T-145/08: Action brought on 17 April 2008 — Atlas Transport v OHIM — Atlas Air (ATLAS)
Kawża T-145/08: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' April 2008 — Atlas Transport vs L-UASI — Atlas Air (ATLAS)
Kawża T-145/08: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' April 2008 — Atlas Transport vs L-UASI — Atlas Air (ATLAS)
ĠU C 158, 21.6.2008, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/19 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2008 — Atlas Transport vs L-UASI — Atlas Air (ATLAS)
(Kawża T-145/08)
(2008/C 158/31)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Atlas Air, Inc. (New York, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali “ATLAS” għal prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 36 u 39 (Trade mark Komunitarja Nru 2 970 788).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Atlas Air, Inc.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: b'mod partikolari t-trade mark figurattiva “ATLASAiR” irreġistrata fl-Istati tal-Benelux għal prodotti fil-klassi 39 (Nru 555 184)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: l-annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja għal servizzi fil-klassi 39.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell tar-rikorrenti bħala inammissibbli.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li l-motivazzjoni tar-rikors għandha tissodisfa kundizzjonijiet espliċitament stabbiliti u li motivazzjoni impliċita ma setgħetx titqies bħala suffiċjenti. Barra minn hekk, ksur analogu tad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 61 tar-Regolament Nru 40/94 flimkien ma' dik tar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95 (2), peress li l-proċedimenti quddiem l-UASI kellhom jiġu sospiżi b'mod mandatorju.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).