This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0117
Case C-117/08: Action brought on 17 March 2008 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic
Kawża C-117/08: Rikors imressaq fis- 17 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-117/08: Rikors imressaq fis- 17 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 116, 9.5.2008, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/17 |
Rikors imressaq fis-17 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-117/08)
(2008/C 116/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kontou-Durande u L. Pignataro)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx, jew fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/62/KE (1) tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u speċifikazzjonijiet Komunitarji fir-rigward ta' sistema ta' kwalità għall-istabbilimenti tad-demm, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-direttiva, |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/62/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-31 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 41.