Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0024

    Kawża T-24/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Jannar 2008 — Weldebräu vs L-UASI — Kofola Holding (Forma ta' flixkun)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/62


    Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2008 — Weldebräu vs L-UASI — Kofola Holding (Forma ta' flixkun)

    (Kawża T-24/08)

    (2008/C 64/100)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Weldebräu GmbH & Co. KG (Plankstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Kofola Holding a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-15 ta' Novembru 2007, Każ R 1096/2006-4;

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kofola Holding a.s.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali “Forma ta' flixkun” għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (applikazzjoni Nru 3 367 539).

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark tridimensjonali “Forma ta' flixkun” għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (trade mark Komunitarja Nru 690 016).

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top