This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0008
Case T-8/08: Action brought on 2 January 2008 — Piccoli v OHIM (Representation of a shell)
Kawża T-8/08: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Jannar 2008 — G.M. Piccoli Srl vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' arzella)
Kawża T-8/08: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Jannar 2008 — G.M. Piccoli Srl vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' arzella)
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/57 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — G.M. Piccoli Srl vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' arzella)
(Kawża T-8/08)
(2008/C 64/91)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Ricorrenti: G.M. Piccoli Srl (Alzano Lombardo, l-Italja) (rappreżentant: S. Giudici, avvocato)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla jew tibdel id-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Settembru 2007, u li ġiet innotifikata fit-23 ta' Ottubru 2007, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 4522892 li tikkonsisti fil-forma stilizzata ta' arzella (arzella tal-pellegrini) anki sabiex tinkludi “brioche, brioche mimlija bil-krema, ġamm, ċikkulata u għasel”. |
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arzella murija minn erba' naħat differenti (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4522892, għal prodotti fil-klassi 30).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal “preparazzjonijiet magħmula minn ċereali, għaġina, ħlewwiet u ġelati”
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċħid tar-rikors.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 4 u 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll l-interpretazzjoni żbaljata ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/104/KEE, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks. F'dan ir-rigward, jiġi osservat li kemm l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/104/KEE, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, jippermettu espressament u b'mod ċar il-karattru distintiv intrinsiku, mhux biss ta' l-ippakjar tal-prodott, iżda anki tal-forma tagħha stess.