This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0034
Case F-34/08: Action brought on 11 March 2008 — Simon v Commission
Kawża F-34/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Marzu 2008 — Simon vs Il-Kummissjoni
Kawża F-34/08: Rikors ippreżentat fil- 11 ta' Marzu 2008 — Simon vs Il-Kummissjoni
ĠU C 116, 9.5.2008, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/36 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2008 — Simon vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-34/08)
(2008/C 116/71)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne Simon (Nouackhott, il-Mawritanja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kontroversja
L-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal li ma jinkludix l-isem tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew minn kompetizzjoni u fid-database CAST 27/Relex.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal li ma jinkludix l-isem tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew minn kompetizzjoni u fid-database CAST 27/Relex; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |