This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0522
Case C-522/08: Reference for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny (Republic of Poland) lodged on 28 November 2008 — Telekomunikacja Polska S.A., Warsaw, v President of the Urząd Komunikacji Elektronicznej
Kawża C-522/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit- 28 ta' Novembru 2008 — Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie vs Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Kawża C-522/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit- 28 ta' Novembru 2008 — Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie vs Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Ir-Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta' Novembru 2008 — Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie vs Prezesowi Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-522/08)
(2009/C 69/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Telekomunikacja Polska S.A. w Warszawie
Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt Komunitarju jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu lill-operaturi kollha li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjonijiet milli jissuġġettaw il-konklużjoni ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi għax-xiri ta' servizz ieħor (bejgħ marbut) u, b'mod partikolari, miżura ta' dan it-tip ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-direttivi tal-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet (Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (1); id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (2); id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (3); id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (4))? |
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-awtorità regolatorja nazzjonali hija kompetenti sabiex tissorvelja l-osservanza tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 57(1)(1) tal-Ustawa — Prawo telekomunikacyjne [Liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet] tas-16 ta' Lulju 2004 (Dz. U. Nru 171, poz. 1800, kif emendata)? |
(1) ĠU L 108, 24.2.2002, p. 7-20.
(2) ĠU L 108, 24.2.2002, p. 21-32.
(3) ĠU L 108, 24.2.2002, p. 33-50.
(4) ĠU L 108, 24.2.2002, p. 51-77.