Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0121

    Kawża C-121/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 116, 9.5.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 116/17


    Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-121/08)

    (2008/C 116/31)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kontou-Durande u L. Pignataro)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottatx jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/61/KE (1) tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-traċċabilità u n-notifika ta' reazzjonijiet u avvenimenti li huma serjament avversi, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din id-direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/61/KE fis-sistema legali nazzjonali skada fil-31 ta' Awwissu 2006.


    (1)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 32.


    Top