Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0573

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-15 ta' Lulju 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Miżuri ta’ traspożizzjoni.
Kawża C-573/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:428





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑573/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 79/409/KEE – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Miżuri ta’ traspożizzjoni”

Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 4(4)) (ara l-punti 40, 43, 44)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Transpożizzjoni inkompluta - Derogi - Rekwiżiti.

Dispożittiv

1)

Peress li l-leġiżlazzjoni li tittrasponi fis-sistema legali Taljana d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ma hijiex konformi b’mod sħiħ ma’ din id-direttiva, u peress li s-sistema ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 9 tagħha ma tiżgurax li d-derogi adottati mill-awtoritajiet kompetenti Taljani josservaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-artikolu, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha abbażi tal-Artikoli 2 sa 7, 9 sa 11, 13 u 18 tad-direttiva msemmija.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Top