Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0020

Kawża C-20/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad- 9 ta' Diċembru 2008 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1) — Karattru distintiv tat-trade mark — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 — Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-20/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1) - Karattru distintiv tat-trade mark - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2009/C 69/23)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanta: Enercon GmbH (rappreżentanti: R. Böhm u U. Sander, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007, Enercon vs UASI (T-71/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Novembru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-Eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' trade mark tirdimensjonali Komunitarja li tirrappreżenta l-kisja ta' barra ta' apparat jittrasforma l-enerġija tar-riħ għal prodotti fil-klassi 7 — Karattru distintiv ta' trade mark tridimensjonali kkostitwit mill-forma tal-prodott

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


Top