Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0515

    Kawża C-515/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda ( Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE — Kollokament ta’ ħaddiema — Restrizzjonijiet — Min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor — Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel — Dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew tax-xogħol — Ekwivalenti għal dawk previsti mid dritt tal-Istat Membru ospitanti — Kopja — Żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali )

    ĠU C 328, 4.12.2010, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda

    (Kawża C-515/08) (1)

    (Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE - Kollokament ta’ ħaddiema - Restrizzjonijiet - Min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor - Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel - Dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew tax-xogħol - Ekwivalenti għal dawk previsti mid dritt tal-Istat Membru ospitanti - Kopja - Żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali)

    2010/C 328/05

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 50 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-impriżi tas-settur tal-bini li jwettqu xogħlijiet b’mod temporanju fi Stat Membru jipprovdu dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti

    Dispożittiv

    L-Artikoli 56 TFUE U 57 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, għal min iħaddem stabbilit fi Stat Membru li jikkolloka ħaddiema fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, it trażmissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel sa fejn il-bidu tal-kollokament ippjanat huwa suġġett għan-notifika, lil din il-persuna li tħaddem, ta’ numru ta’ reġistrazzjoni ta’ din id dikjarazzjoni u fejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ dan l-ewwel Stat Membru għandhom terminu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, mid-data ta’ riċeviment ta’ din id dikjarazzjoni, biex jagħmlu din in-notifika.

    L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, għal min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor li jikkolloka ħaddiema fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, iż-żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu, matul il-perijodu ta’ kollokament, kopja ta’ dokumenti ekwivalenti għad-dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew dwar ix-xogħol rikjesti mil-liġi tal-ewwel Stat kif ukoll it-trażmissjoni tagħhom lill-imsemmija awtoritajiet fi tmiem dan il-perijodu.


    (1)  ĠU C 44, 21.02.2009


    Top