This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0485
Case C-485/08 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 15 April 2010 — Claudia Gualtieri v European Commission (Appeal — Seconded national expert — Daily subsistence allowance — Principle of equal treatment)
Kawża C-485/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Espert nazzjonali sekondat — Allowance ta’ residenza ta’ kuljum — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )
Kawża C-485/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Espert nazzjonali sekondat — Allowance ta’ residenza ta’ kuljum — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )
ĠU C 148, 5.6.2010, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-485/08 P) (1)
(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Allowance ta’ residenza ta’ kuljum - Prinċipju ta’ trattament ugwali”)
2010/C 148/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Claudia Gualtieri (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (T-284/06), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex taġġusta, wara d-divorzju tagħha, l-ammont ta’ allowances dovuti skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559, tat-30 ta’ April 2002, dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali sekondati, kif emendati.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
C. Gualtieri hija kkundannata għall-ispejjeż. |