This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0154
Case C-154/08: Judgment of the Court (Third Chamber) of 12 November 2009 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain (Failure of a Member State to fulfil obligations — Sixth VAT Directive — Article 2 and Article 4(1), (2) and (5) — Harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes — Common system of value added tax: uniform basis of assessment — Taxable persons — Activities or operations carried out by registradores de la propiedad (land registrars) acting as settlement agents in charge of settlement offices of a mortgage district — Economic activities — Activity carried out independently — Public-law bodies carrying out activities in connection with their public duties — Infringement of Community law attributable to a national court)
Kawża C-154/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 2 u 4(1), (2) u (5) — Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima — Persuni taxxabbli — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir- registradores de la propiedad bħala likwidaturi li huma propretarji tal-uffiċċji ta’likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju — Attivitajiet ekonomiċi — Attività mwettqa b’mod indipendenti — Korpi rregolati bid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet fil-kuntest tal-eżerċzziju ta’ servizzi pubbliċi — Ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lil qorti nazzjonali)

ĠU C 11, 16.1.2010, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-154/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 2 u 4(1), (2) u (5) - Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima - Persuni taxxabbli - Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma propretarji tal-uffiċċji ta’likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju - Attivitajiet ekonomiċi - Attività mwettqa b’mod indipendenti - Korpi rregolati bid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet fil-kuntest tal-eżerċzziju ta’ servizzi pubbliċi - Ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lil qorti nazzjonali)
2010/C 11/03
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Afonso u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Persuni taxxabbli — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propriedad”
Dispożittiv
(1) |
Billi kkunsidra li s-servizzi pprovduti lil Komunità awtonoma mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma proprjetarji ta’ uffiċċju ta’ likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju (“oficina liquidadora de distrito hipotecario”) mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima. |
(2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |