EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0135

Kawża C-135/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern ( Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 17 KE — Ċittadinanza ta’ Stat Membru miksuba bit-twelid — Ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor miksuba bin-naturalizzazzjoni — Telf taċ-ċittadinanza oriġinali minħabba din in-naturalizzazzjoni — Telf b’effett retroattiv taċ-ċittadinanza miksuba bin-naturalizzazzjoni minħabba manuvri frawdolenti meta din inkisbet — Persuna bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni )

ĠU C 113, 1.5.2010, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern

(Kawża C-135/08) (1)

(“Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 17 KE - Ċittadinanza ta’ Stat Membru miksuba bit-twelid - Ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor miksuba bin-naturalizzazzjoni - Telf taċ-ċittadinanza oriġinali minħabba din in-naturalizzazzjoni - Telf b’effett retroattiv taċ-ċittadinanza miksuba bin-naturalizzazzjoni minħabba manuvri frawdolenti meta din inkisbet - Persuna bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni”)

2010/C 113/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Janko Rottmann

Konvenuta: Freistaat Bayern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tat-Trattat KE — Ksib taċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru li twassal għat-telf definittiv taċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ta’ oriġini — Telf taċ-ċittadinanza l-ġdida b’effett retroattiv minħabba manuvri frawdolenti li seħħew mal-ksib tagħha — Il-persuna kkonċernata bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 KE, ma jipprekludix lil Stat Membru milli jirrevoka liċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea ċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru miksuba b’naturalizzazzjoni meta din tkun inkisbet b’mod frawdolenti, sakemm din id-deċiżjoni ta’ revoka tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008


Top