Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0467

    Kawża T-467/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 14 ta' Marzu 2008 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni ( Proċedura għal miżuri provviżorji — Direttiva 91/114/KEE — Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' urġenza )

    ĠU C 116, 9.5.2008, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 116/20


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Marzu 2008 — Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-467/07 R)

    (“Proċedura għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/114/KEE - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza’)

    (2008/C 116/37)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Du Pont de Nemours (Franza) SAS (Puteaux, Franza); Du Pont Portugal — Serviços, Sociedada Unipessoal, Lda (Lisbona, il-Portugal); Du Pont Ibérica, SL (Barcelona, Spanja); E. I. du Pont de Nemours & Co. USA (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); Du Pont de Nemours Italiana Srl (Milan, l-Italja); Du Pont De Nemours (Nederland) BV (Dordrecht, l-Olanda); Du Pont de Nemours (Deutschland) GmbH (Bad Homburg von der Höhe, il-Ġermanja); DuPont Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); DuPont Romania Srl (Bucarest, ir-Rumanija); DuPont International Operations SARL (Grand-Saconnex, l-Iżvezja); Du Pont de Nemours International SA (Grand-Saconnex); DuPont Solutions (France) SAS (Puteaux); Dy-Pont Agkro Ellas AE (Halandri, il-Grecja) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u I. Antypas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/628/KE, tad-19 ta' Settembru 2007, dwar in-non inklużjoni ta' methomyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 255, p. 40), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top