EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0300

Kawża T-300/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi informatiċi relatati mal-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ portal tal-internet — Rifjut tal-offerta ta’ offerent — Kriterji tal-għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Trattament ugwali — Trasparenza” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/07) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi informatiċi relatati mal-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ portal tal-internet - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza)

(2010/C 288/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Lulju 2007, li jiċħdu l-offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 1 (xogħol ta’ editjar u ta’ traduzzjoni) u għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastruttura), għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” (ĠU 2006/S 143-153057), u li jagħtu dawn il-kuntratti lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tirrifjuta l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastruttura), għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor, hija annullata.

(2)

Il-bqija tat-talba għal annullament hija miċħuda.

(3)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(4)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.


(1)  ĠU C 235, 06.10.2007.


Top