Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0002

    Kawża T-2/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “Fondi ta’ koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) — Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kriterji ta’ għoti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Eliġibbiltà tal-ispejjeż — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 — Proporzjonalità” )

    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 17–17 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-2/07) (1)

    (Fondi ta’ koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) - Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Eliġibbiltà tal-ispejjeż - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

    2013/C 325/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fondi ta’ koeżjoni lill-grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


    Top