This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0135
Case F-135/07: Action brought on 30 October 2007 — Daniela Smadja v Commission
Kawża F-135/07: Rikors imressaq fit- 30 ta' Ottubru 2007 — Smadja vs Il-Kummissjoni
Kawża F-135/07: Rikors imressaq fit- 30 ta' Ottubru 2007 — Smadja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 37, 9.2.2008, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/35 |
Rikors imressaq fit-30 ta' Ottubru 2007 — Smadja vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-135/07)
(2008/C 37/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Daniele Smadja (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li taħtar lir-rikorrent, uffiċjal inizjalment ikklassifikat fil-grad A*15, skala 4, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-Grad A*15, skala 1, wara l-ħatra mill-ġdid tiegħu għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B, wara l-annullament ta' l-ewwel ħatra tiegħu. Talba għal dannu morali u materjali
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla l-att ta' ħatra tar-rikorrent tal-21 ta' Diċembru 2006, safejn dan jirrigwarda l-klassifikazzjoni tiegħu bħala Direttur fil-grad A*15, skala 1, u li jiffissa s-senjorità ta' skala tiegħu fl-1 ta' Novembru 2005, wara l-ħatra tiegħu mill-ġdid, fil-15 ta' Novembru 2005, għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B “Relazzjonijiet Multilaterali u drittijiet tal-bniedem”, ħatra mill-ġdid li saret wara l-annullament ta' l-ewwel ħatra tiegħu għall-istess pożizzjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Settembru 2005, Napoli Buzzanca vs Il-Kummissjoni, T-218/02; |
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas, bħala kumpens għal dannu morali u materjali, u ħsara għall-karriera tar-rikorrent, is-somma ta' EUR 25 000; |
|
— |
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |