Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0077

Kawża F-77/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l- 1 ta' Frar 2008 Labate vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni okkupazzjonali kontra l-inċidenti u l-mard — Mard okkupazzjonali — Kanċer tal-pulmun — Tipjip passiv — M'hemmx lok għal deċiżjoni)

ĠU C 79, 29.3.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-1 ta' Frar 2008 Labate vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni okkupazzjonali kontra l-inċidenti u l-mard - Mard okkupazzjonali - Kanċer tal-pulmun - Tipjip passiv - M'hemmx lok għal deċiżjoni)

(2008/C 79/67)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kay Labate (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentant: I. Forrester, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2006 u tat-18 ta' Ottubru 2004 li ma tirrikonoxxix il-kanċer, li minħabba fih miet il-konjuġi tar-rikorrenti, bħala marda okkupazzjonali kkawżata mit-tipjip passiv.

Dispożittiv

1)

M'hemmx iktar lok għal deċiżjoni dwar it-talbiet ippreżentati minn K. Labate fir-rikors tagħha.

2)

It-talbiet għall-kumpens ippreżentati fl-ittra tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' K. Labate huma miċħuda bħala manifestament infondati.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 22.9.2007, p. 22.


Top