Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0016

    Kawża F-16/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 30 ta' April 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Kompetizzjoni — Ġurija — Prinċipju ta' l-imparzjalità tal-ġurija — Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal — Trattament ugwali ta' kandidati interni u esterni — Eliminazzjoni ta' kandidat — Obbligu ta' motivazzjoni — Portata — Osservanza tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-ġurija)

    ĠU C 158, 21.6.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 158/23


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' April 2008 — Dragoman vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-16/07)

    (Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni - Ġurija - Prinċipju ta' l-imparzjalità tal-ġurija - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali ta' kandidati interni u esterni - Eliminazzjoni ta' kandidat - Obbligu ta' motivazzjoni - Portata - Osservanza tas-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-ġurija)

    (2008/C 158/40)

    Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

    Partijiet

    Rikorrenti: Adriana Dragoman (Brussell, il-Belgju) [rappreżentant: G.-F. Dinulescu, avukat]

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: K. Herrmann, F. Telea u M. Velardo, aġenti]

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ġurija tal-kompetizzjoni EPSO/AD/34/05 (intiża sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' interpreti tal-lingwa Rumena) li fihom ġie deċiż li, għall-ewwel eżami ta' interpretazzjoni tar-rikorrenti, tingħata marka li ma tippermettix lir-rikorrenti tagħmel l-eżamijiet sussegwenti ta' l-imsemmija kompetizzjoni — Eċċeżżjoni ta' illegalità ta' l-Artikolu 6 ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    Top