Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0566

    Kawża C-566/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta' Diċembru 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Stadeco B.V.

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta' Diċembru 2007 — Staatssecretaris van Financiën vs Stadeco B.V.

    (Kawża C-566/07)

    (2008/C 64/35)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: Stadeco B.V.

    Domandi preliminari

    1)

    Il-parti inizzjali u l-inċiż (ċ) ta' l-Artikolu 21(1) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretata fis-sens li l-ebda VAT mhija dovuta fl-Istat Membru li fih huwa residenti jew stabbilit min joħroġ il-fattura, meta fl-imsemmija fattura huwa jindika l-ammont ta' VAT fuq operazioni li, skond is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, hija kkunsidrata bħala li seħħet fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz?

    2)

    Fil-każ ta' risposta negativa, fl-eventwalità li fattura fis-sens ta' l-Artikolu 21(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva, tingħata lil destinatarju li m'għandux dritt li jnaqqas il-VAT (fejn għaldaqstant ma jirriżulta l-ebda riskju ta' telf mid-dħul tat-taxxa), l-Istat Membri jistgħu jassuġġettaw l-aġġustament tal-VAT, żbaljatament iffatturata u għaldaqstant dovuta skond din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli tkun ħarġet lill-klijent tagħha fattura aġġustata li ma tkun tindika l-ebda VAT?


    (1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


    Top