This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0108
Judgment of the Court (First Chamber) of 17 April 2008. # Ferrero Deutschland GmbH v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM). # Appeal - Community trade mark - Regulation (EC) No 40/94 - Article 8(1)(b) - Likelihood of confusion - Application for Community word mark FERRO - Opposition by the proprietor of the earlier national word mark FERRERO - Evidence of the enhanced distinctiveness of the earlier mark. # Case C-108/07 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008.
Ferrero Deutschland GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO - Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.
Kawża C-108/07 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008.
Ferrero Deutschland GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO - Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.
Kawża C-108/07 P.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:234
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ April 2008 – Ferrero Deutschland vs UASI
(Kawża C‑108/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja FERRO – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO – Prova tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35-37)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l- punti 57-59)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI u Cornu (T-310/04) li għandha bħala suġġett rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero OHG mbH u Cornu SA Fontain – Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 (ĠU 1994, L 11, p.1) – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks – Livell medju ta’ xebh bejn it-trade marks – Xebh limitat bejn il-prodotti – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti. |
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta’ Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs UASI – Cornu (FERRO) (T-310/04), hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta’ Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4) hija annullata. |
3) |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cornu SA Fontain huma kkundannati għall-ispejjeż relattivi għall-appell. |
4) |
Ferrero Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain. |
5) |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi għall-proċeduri fil-Prim’Istanza, bl-esklużjoni ta’ dawk relattivi għall-intervent ta’ Cornu SA Fontain. |
6) |
Cornu SA Fontain għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk relattivi għall-intervent tagħha sostnuti minn Ferrero Deutschland GmbH u mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) |