Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0526

    Kawża C-526/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali- Ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja — Esklużjoni mill-kompetizzjoni — Talba għal kumpens għad-dannu — Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu — Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-526/07 P) (1)

    (Appell - Uffiċjali- Ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja - Esklużjoni mill-kompetizzjoni - Talba għal kumpens għad-dannu - Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu - Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat)

    (2009/C 69/22)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)

    Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-250/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat biss l-eżistenza ta' dannu morali billi ċaħdet it-talba tal-appellant għar-rikonoxximent tal-illegalità tad-deċiżjoni li eskludietu mill-kompetizzjoni għall-ħatra ta' kariga bħala Kap ta' Delegazzjoni fil-Kolombja, għall-annullament tal-proċedura ta' din il-kompetizzjoni u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ħatra ta' kariga kkonċernata u għall-kumpens tad-danni l-oħra invokati mill-appellant.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


    Top