This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CB0525
Case C-525/07 P: Order of the Court of 28 November 2008 — Philippe Combescot v Commission of the European Communities (Appeal — Officials — Career development report — Duty to provide assistance — Mental harassment — Compensation for damage — Appeal in part manifestly inadmissible and in part manifestly unfounded)
Kawża C-525/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Obbligu ta' assistenza — Fastidju psikoloġiku — Kumpens għal dannu — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
Kawża C-525/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Obbligu ta' assistenza — Fastidju psikoloġiku — Kumpens għal dannu — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Novembru 2008 — Philippe Combescot vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-525/07 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Obbligu ta' assistenza - Fastidju psikoloġiku - Kumpens għal dannu - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
(2009/C 69/21)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Philippe Combescot (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent u S. Corongiu, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Combescot vs Il-Kummissjoni (T-249/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba intiża, minn naħa, sabiex tiġi rikonoxxuta l-illegalità tal-aġir tas-superjuri tar-rikorrent, sabiex jiġi rikonoxxut id-dritt ta' dan tal-aħħar għall-assistenza u għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 u l-31 ta' Diċembru 2002 u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta' kumpens għad-dannu allegat subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
P. Combescot huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell. |