Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0513

    Kawża C-513/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 17 ta' Ottubru 2008 — AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade markKomunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(3) — Trade mark figurattiva li trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ — Rifjut ta' reġistrazzjoni — Prova tal-karattru distinttiv miksub permezz ta' użu — Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni)

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Ottubru 2008 — AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-513/07) (1)

    (Appell - Trade markKomunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(3) - Trade mark figurattiva li trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Prova tal-karattru distinttiv miksub permezz ta' użu - Pubbliku rilevanti u territorju li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni)

    (2009/C 69/20)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: AGC Flat Glass Europe SA, li qabel kienet Glaverbel SA (rappreżentant: T. Koerl, avukat)

    Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Settembru 2007, Glaverbel SA vs L-UASI (T-141/06), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 986/2004-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Marzu 2006, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad ir-reġistrazzjoni ta' trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-istruttura tal-wiċċ tal-ħġieġ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19 u 21

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    AGC Flat Glass Europe SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


    Top