Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0522

    Kawżi magħquda C-522/07 u C-65/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 29 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Dinter GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (C-522/07), Europol Frost-Food GmbH vs Hauptzollamt Krefeld (C-65/08), ( Tariffa Doganali Komuni — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Validità — Nota addizzjonali — Meraq konċentrat tat-tuffieħ )

    ĠU C 312, 19.12.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Dinter GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (C-522/07), Europol Frost-Food GmbH vs Hauptzollamt Krefeld (C-65/08),

    (Kawżi magħquda C-522/07 u C-65/08) (1)

    (“Tariffa Doganali Komuni - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Validità - Nota addizzjonali - Meraq konċentrat tat-tuffieħ”)

    2009/C 312/02

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dinter GmbH (C-522/07), Europol Frost-Food GmbH (C-65/08)

    Konvenuti: Hauptzollamt Düsseldorf (C-522/07), Hauptzollamt Krefeld (C-65/08)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni u validità tan-nota addizzjonali 5(b) tal-Kapitolu 20 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, p. 1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) — Meraq pur konċentrat ta’ tuffieħ b’valur Brix ta’ 66.8 u li ma fihx zokkor miżjud — Klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott fis-subintestatura tariffarja 2009 7999 (meraq tat-tuffieħ li ma fihx zokkor miżjud) jew taħt is-subintestatura 2106 9098 (preparazzjonijiet tal-ikel mhux imsemmija u mhux inklużi x’imkien ieħor) — Limiti tas-setgħat tal-Kummissjoni li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 sabiex jiġi ppreċiżat il-kontenut tal-intestaturi tariffarji

    Dispożittiv

    In-nota addizzjonali 5(b) tal-Kapitolu 20 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1776/2001, tas-7 ta’ Settembru 2001, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, li jemendaw l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, hija invalida sa fejn hija teskludi l-meraq tat-tuffieħ naturali konċentrat mill-intestatura 2009.


    (1)  ĠU C 37, 09.02.2008.

    ĠU C 107, 26.04.2008.


    Top