Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0105

    Kawża C-105/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — N.V. Lammers & Van Cleeff vs Belgische Staat (Libertà ta' stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja bħala ħlas għall-fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor — Rikwalifikazzjoni ta' l-interessi bħala dividendi taxxabbli — Nuqqas ta' rikwalifikazzjoni fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — N.V. Lammers & Van Cleeff vs Belgische Staat

    (Kawża C-105/07) (1)

    (Libertà ta' stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja bħala ħlas għall-fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor - Rikwalifikazzjoni ta' l-interessi bħala dividendi taxxabbli - Nuqqas ta' rikwalifikazzjoni fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti)

    (2008/C 64/17)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: N. V. Lammers & Van Cleeff

    Konvenuta: Belgische Staat

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 12, 43, 48, 56 u 58 KE — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tikkwalifika bħala divendi taxxabbli l-interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja f'remunerazzjoni ta' fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor iżda mhux fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti

    Dispożittiv

    L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-interessi mħallsa minn kumpannija residenti ta' Stat Membru lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jiġu rikwalifikati bħala dividendi u li jkunu, minħabba f'hekk, taxxabbli, meta, fil-bidu tal-perijodu taxxabbli, l-ammont totali tal-ħlasijiet li jipproduċu l-interessi jaqbżu l-kapital meħlus flimkien mar-riżervi ntaxxati, filwaqt li, fl-istess ċirkustanzi, meta dawn l-interessi jitħallsu lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fl-istess Stat Membru, dawn ma jiġux rikwalifikati bħala dividendi u, minħabba f'hekk, mhumiex taxxabbli.


    (1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


    Top